15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Pozza vs Il-Parlament
(Kawża T-216/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Post fejn titwettaq l-attività professjonali prinċipali - Trasferiment interistituzzjonali - Deċiżjoni li ma tingħatax iktar l-allowance tal-espatrijazzjoni - Kompetenza - Aspettattivi leġittimi”)
(2019/C 139/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Geoffray Pozza (Waldbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha l-Parlament ma jagħtix iktar lir-rikorrent l-allowance tal-espatrijazzjoni b’effett mid-data li fiha beda jokkupa l-kariga tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Geoffray Pozza huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 18.6.2018.