21.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – DK vs SEAE
(Kawża T-217/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Proċeduri dixxiplinari - Kundanna kriminali - Sanzjoni ta’ tnaqqis mill-ammont tal-pensjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti - Responsabbiltà”)
(2019/C 357/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: DK (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE tat-23 ta’ Mejju 2017 li timponi sanzjoni dixxiplinari fuq ir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-ksur min-naħa tas-SEAE tad-drittijiet ta’ difiża tiegħu fil-kuntest tal-proċeduri kriminali mibdija kontrih quddiem il-qrati Belġjani.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DK huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 18.6.2018.