25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2019 – Manéa vs CdT
(Kawża T-225/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrenti - Irtirar tad-deċiżjoni u teħid ta’ deċiżjoni ġdid ta’ nuqqas ta’ tiġdid b’effett fid-data tal-ewwel deċiżjoni - Responsabbiltà)
(2019/C 399/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Camelia Manéa (Echternach, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M.-A. Lucas u M. Bertha, avukati)
Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rikkert u M. Garnier, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjoni tad-29 ta’ Mejju 2017 tas-CDT li ma jġeddidx il-kuntratt ta’ ingaġġ tar-rikorrenti, it-tieni nett, li s-CDT jiġi ordnat jerġa’ jintegraha miegħu u, it-tielet nett, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li rriżulta, minn naħa, mit-telf ta’ ingaġġ għal żmien indeterminat u, min-naħa l-oħra, mid-deċiżjoni tas-CDT tat-12 ta’ Novembru 2015 li ma jġeddidx il-kuntratt ta’ ingaġġ tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Camélia Manéa hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 25.6.2018.
Full & Egal Universal Law Academy