29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Biolatte vs EUIPO (Biolatte)
(Kawża T-229/18) (1)
(“Trade mak tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Biolatte - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 255/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Biolatte Oy (Turku, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Ikonen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2018 (Każ R 351/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Biolatte bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Biolatte Oy hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 190, 4.6.2018.