1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam vs EUIPO — Lupu (Djili)
(Kawża T-231/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GILLY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2019/C 122/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Dulovo, il-Bulgarija) (rappreżentant: C.-R. Romițan, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Gája u D. Walicka, sussegwentement D. Gája u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1902/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn V. Lupu u Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 200, 11.6.2018.