19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/18) (1)
(“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Regolament finanzjarju - Sitt Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) - Ftehim ta’ sussidju J-Web - Deċiżjoni li teżegwixxi rkupru - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 280/55)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1115 finali, tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 76 282,08, miżjud bl-interessi, min-naħa tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy