2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — VY vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-253/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Impjieg ta’ maniġment intermedju - Ċaħda ta’ kandidatura - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Proċedura ta’ selezzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza bejn irġiel u nisa)
(2019/C 295/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VY (rappreżentant: J.–N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u L. Vernier, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ħatra ta’ kandidata oħra għal pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni fi ħdan delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
VY huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 240, 9.7.2018.