18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2019 – Arezzo Indústria e Comércio vs EUIPO (SCHUTZ)
(Kawża T-256/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SCHUTZ - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 103/53)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Arezzo Indústria e Comércio, SA (Belo Horizonte, il-Brażil) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. M. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2018 (Każ R 661/2017-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SCHUTZ bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arezzo Indústria e Comércio, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy