15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Meblo Trade vs EUIPO — Meblo Int (MEBLO)
(Kawża T-263/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MEBLO - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin”)
(2019/C 139/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Meblo Trade d.o.o. (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meblo Int, proizvodnja izdelkov za spanje d.o.o. (Nova Gorica, is-Slovenja) (rappreżentant: A. Plesničar, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Frar 2018 (Każ R 883/2017-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Meblo Trade u Meblo Int, proizvodnja izdelkov za spanje.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Meblo Trade d.o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.