9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da)
(Kawża T-264/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mo·da - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni assoluta għal rifjut f’parti mill-Unjoni - Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001”)
(2019/C 305/58)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Gruppo Armonie SpA (Casalgrande, l-Italja) (rappreżentant: G. Medri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2018 (Każ R 2065/2017 -5) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv mo·da bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gruppo Armonie SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 25.6.2018.