13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2019 — Biernacka-Hoba vs EUIPO — Formata Bogusław Hoba (Formata)
(Kawża T-265/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Formata - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Formata - Raġuni relattiva għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Regola 37 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) - Kundizzjonijiet għar-rappreżentazzjoni tat-trade mark preċedenti - Regola 19 tar-Regolament Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2018/625) - Aspettattivi leġittimi - Rimbors tal-ispejjeż ta’ rappreżentanza - Artikolu 109 tar-Regolament 2017/1001 u r-Regola 94 tar-Regolament Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 109 tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 164/50)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ilona Biernacka-Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Formata Bogusław Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Frar 2018 (Każ R 2032/2017-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Biernacka-Hoba u Formata Bogusław Hoba.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Frar 2018 (Każ R 2032/2017-4) hija annullata, sa fejn din ikkundannat lil Ilona Biernacka-Hoba tbati l-ispejjeż sostnuti minn Formata Bogusław Hoba għall-finijiet tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-appell u stabbilixxiet l-ammont tal-ispejjeż li Biernacka-Hoba kellha tħallas lil Formata Bogusław Hoba fl-ammont ta’ EUR 1 000, u hija rriformata fis-sens li ma hemmx lok li Ilona Biernacka-Hoba tiġi kkundannata tbati tali somma.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.