9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Sandrone vs EUIPO — J. García Carrión (Luciano Sandrone)
(Kawża T-268/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Luciano Sandrone - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea DON LUCIANO - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Applikazzjoni għal trade mark verbali komposta minn isem u kunjom - Trade mark preċedenti komposta minn titolu u isem - Newtralità tal-paragun kunċettwali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”)
(2019/C 305/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Luciano Sandrone (Barolo, l-Italja) (rappreżentant: A. Borra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Kompari u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: J. García Carrión, SA (Jumilla, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2018 (Każ R 1207/2017-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. García Carrión u Luciano Sandrone.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Frar 2018 (Każ R-1207/2017-2) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż ta’ Luciano Sandrone.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.