8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Inditex vs EUIPO — Ffauf Italia (ZARA)
(Kawża T-269/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZARA - Trade marks verbali u figurattiva nazzjonali preċedenti LE DELIZIE ZARA u ZARA - Prova tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 18(1) tar-Regolament 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 230/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ffauf Italia SpA (Riese Pio X, l-Italja) (rappreżentanti: P. Creta, A. Lanzarini, B. Costa, A. Sponzilli u M. Lazzarotto, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2018 (Kawżi magħquda R-359/2015-5 u R 409/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bjen Ffauf Italia u Inditex.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Frar 2018 (Kawżi magħquda R 359/2015-5 u R 409/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ffauf Italia SA u Industria de Diseño Textil, SA (Inditex), hija annullata sa fejn tikkonċerna l-“frott u ħaxix, ħwawar tal-ġnien u legumi ppreżervati, iffriżati, imnixfa u msajra; ġeli, ġammijiet, compotes; prodotti tal-ħalib; żjut u xaħmijiet għall-ikel” fil-klassi 29 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, kif ukoll il-prodotti “ross, tapjoka, sagu; dqiq u preparazzjonijiet magħmulin minn ċereali, ħobż, għaġina tal-kejk; ħmira, trab tal-ħami; melħ, mustarda; ħall, zlazi (kondimenti); ħwawar, ikliet ħfief ibbażati fuq ir-ross” fil-klassi 30, il-“ħaxix frisk” fil-klassi 31, il-“meraq frisk” fil-klassi 32, is-servizzi ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa fil-ħwienet, u permezz ta’ netwerks informatiċi globali, permezz ta’ katalgi, permezz tal-posta, permezz tat-telefon, permezz tar-radju u tat-televiżjoni, u permezz ta’ mezzi elettroniċi oħra ta’ ħaxix ippreżervat, iffriżat, imnixxef u msajjar, żjut għall-ikel, ross, dqiq u preparazzjonijiet magħmulin minn ċereali, ħobż, ħall, zlazi (kondimenti)”, fil-klassi 35 u l-“provvista ta’ ikel u xorb; ristoranti fejn wieħed jinqeda waħdu, kafetteriji”, fil-klassi 43.
2)
L-EUIPO u Ffauf Italia għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti minn Industria de Diseño Textil (Inditex), għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy