29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS)
(Kawża T-272/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MobiPACS - Raġuni assolut għal rifjut - Slogan - Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 255/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: EBM Technologies, Inc. (Taipei, Tajwan) (rappreżentanti: J. Liesegang, M. Jost u N. Lang, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Markakis, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2018 (Każ R 2145/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MobiPACS bħal trade mark tal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2018 (Każ R 2145/2017-2) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 25.6.2018.