29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-273/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Skema dixxiplinari - Atti li jmorru kontra d-dinjità tal-funzjoni - Investigazzjoni amministrattiva - Mandat fdat lill-IDOC - Prinċipju ta’ imparzjalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Proċedura dixxiplinari - Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali - Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira - Proporzjonalità - Danni morali”)
(2019/C 255/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għal annullament tad-Deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2017 tal-Kummissjoni li timponi s-sanzjoni ta’ ċanfira fuq ir-rikorrenti b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, safejn ikun meħtieġ, tad-Deċiżjoni tat-31 ta’ Jannar 2018 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Belén Bernaldo de Quirós hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 240, 9.7.2018.