1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — Nemius Group vs EUIPO (DENTALDISK)
(Kawża T-278/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DENTALDISK - Raġuni assoluta għal rifjut - Naruta deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2019/C 122/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nemius Group GmbH (Obertshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Bildhäuser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sesma Merino u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2018 (Każ R 741/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DENTALDISK bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Nemius Group GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 221, 25.6.2018.