5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Biedermann Technologies vs EUIPO (Compliant Constructs)
(Kawża T-291/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Compliant Constructs - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 263/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biedermann Technologies GmbH & Co. KG (Donaueschingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Jacob, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u M. Fischer, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1626/2017-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Compliant Constructs bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożttiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Biedermann Technologies GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.