29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2019 — Wirecard Technologies vs EUIPO — Striatum Ventures (supr)
(Kawża T-297/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea supr - Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux Zupr - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 60(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 148/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wirecard Technologies GmbH (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Striatum Ventures BV (‘s-Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Van den Hout, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2018 (Każ R 2028/2017-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Striatum Ventures u Wirecard Technologies.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Wirecard Technologies GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 240, 9.7.2018.