15.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 — Dentsply De Trey vs EUIPO — IDS (AQUAPRINT)
(Kawża T-312/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali AQUAPRINT - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti AQUACEM u nazzjonali preċedenti mhux irreġistrati AQUACEM u AQUASIL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali - Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001 - Azzjoni kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - Assenza ta’ preżentazzjoni qarrieqa”)
(2019/C 238/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dentsply De Trey GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Clark, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaite-Orlovskiene, J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: IDS SpA (Savona, l-Italja) (rappreżentanti: M. Andreolini u F. Andreolini, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2018 (Każ R 1438/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dentsply De Trey u IDS.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dentsply De Trey GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 240, 9.7.2018.