15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2019 — Serenity Pharmaceuticals vs EUIPO — Gebro Holding (NOCUVANT)
(Kawża T-321/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NOCUVANT - Trade marks verbali preċedenti NOCUTIL - Prova tal-użu ġenwin - Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebħ tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)
(2019/C 139/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Serenity Pharmaceuticals LLC (Milford, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Day, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gebro Holding GmbH (Fieberbrunn, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Konzett, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2018 (Każ R 584/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gebro Holding et Allergan, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Serenity Pharmaceuticals LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 240, 9.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy