8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — VI.TO. vs EUIPO — Bottega (Forma ta’ flixkun kulur id-deheb)
(Kawża T-324/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ flixkun kulur id-deheb - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(e)(i) sa (iii) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(i) sa (iii) tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 230/51)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Vinicola Tombacco (VI.TO.) Srl (Trebaseleghe, l-Italja) (rappreżentant: L. Giove, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sandro Bottega (Colle Umberto, l-Italja) (rappreżentant: R. Galli, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1036/2017-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn VI.TO. u S. Bottega.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vinicola Tombacco (VI.TO.) Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy