18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – Marry Me Group vs EUIPO (marry me)
(Kawża T-333/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade marks figurattiva tal-Unjoni Ewropea marry me - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 103/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marry Me Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Theado, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schäfer u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 (Każ R 807/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv marry me bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Marry Me Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy