26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Bodegas Altún vs EUIPO — Codorníu (ANA DE ALTUN)
(Kawża T-334/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ANA DE ALTUN - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ANNA - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 288/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bodegas Altún, SL (Baños de Ebro, Spanja) (rappreżentant: J. Oria Sousa-Montes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Codorníu, SA (Esplugues de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati, sussegwentement M. Ceballos Rodríguez u E. Stoyanov Edissonov, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 (Każ R 173/2018-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Codorníu u Bodegas Altún.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Marzu 2018 (Każ R 173/2018-1) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Bodegas Altún, SL.
3)
Codorníu, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Bodegas Altún.
(1) ĠU C 249, 16.7.2018.