5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Advance Magazine Publishers vs EUIPO — Enovation Brands (VOGUE)
(Kawża T-346/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VOGUE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VOGA - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95”)
(2019/C 263/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Alkin, barrister u N. Hine, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Enovation Brands, Inc. (Aventura, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2018 (Każ R 259/2017-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Enovation Brands u Advance Magazine Publishers.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Marzu 2018 (Każ R 259/2017-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Advance Magazine Publishers, Inc.
3)
Enovation Brands, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 268, 30.7.2018.