15.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — J. García Carrión vs EUIPO — Codorníu (JAUME CODORNÍU)
(Kawża T-358/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JAUME CODORNÍU - Trade marks verbali preċedenti Spanjola u tal-Unjoni Ewropea JAUME SERRA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001 - Karattru distintiv ta’ isem u ta’ kunjom”)
(2019/C 238/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: J. García Carrión, SA (Jumilla, Spanja) (rappreżentant: E. Arsuaga Santos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Codorníu, SA (Esplugues de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u M. Hernández Gásquez, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2018 (Każ R 451/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. García Carrión u Codorníu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
J. García Carrión SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 276, 6.8.2018.