25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – Unifarco vs EUIPO – GD Tecnologie Interdisciplinari Farmaceutiche (TRICOPID)
(Kawża T-359/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TRICOPID - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti TRICODIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 399/58)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Unifarco SpA (Santa Giustina, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: GD Tecnologie Interdisciplinari Farmaceutiche Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: E. Pepe u M. Farinola, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2018 (Każ R 2150/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn GD Tecnologie Interdisciplinari Farmaceutiche u Unifarco.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Unifarco SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba minn GD Tecnologie Interdisciplinari Farmaceutiche Srl quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 276, 6.8.2018.
Full & Egal Universal Law Academy