11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/60
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2019 – ETI Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Grupo Bimbo (ETI Bumbo)
(Kawża T-368/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ETI Bumbo - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea BIMBO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Pubbliku rilevanti - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 93/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Eskişehir, it-Turkija) (rappreżentanti: D. Cañadas Arcas, P. Merino Baylos, D. Gómez Sánchez u N. Martínez de las Rivas Malagón, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. A. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2018 (Każ R 1459/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Bimbo u ETI Gıda Sanayi ve Ticaret.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 276, 6.8.2018.