26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2019 — Intercept Pharma u Intercept Pharmaceuticals vs EMA
(Kawża T-377/18) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti fil-pussess tal-EMA li jinkludu informazzjoni sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Ocaliva - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għal dokument - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji”)
(2019/C 288/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intercept Pharma Ltd (Bristol, ir-Renju Unit) u Intercept Pharmaceuticals, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: L. Tsang, J. Mulryne, E. Amos, H. Kerr-Peterson, solicitors, u F. Campbell, barrister)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment, S. Marino, S. Drosos, A. Rusanov u T. Jabłoński, sussegwentement S. Marino, S. Drosos, T. Jabłoński, R. Pita u G. Gavriilidou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ASK-40399 tal-EMA tal-15 ta’ Mejju 2018 li tagħti lil terz, bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal dokument li jinkludi informazzjoni sottomessa fil-kuntest ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Ocaliva.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Intercept Pharma Ltd u Intercept Pharmaceuticals, Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 3.9.2018.
Full & Egal Universal Law Academy