25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – WI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-379/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Pensjonijiet - Pensjoni tas-superstiti - Sħubija mhux matrimonjali rreġistrata - Rifjut ta’ għoti - Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Aċċess għal żwieġ ċivili - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Ċirkustanzi eċċezzjonali”)
(2019/C 399/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: WI (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2017 peress li din ma tatx lir-rikorrent pensjoni tas-superstiti, tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Settembru 2017 peress li din irrifjutat lir-rikorrent il-benefiċċju ta’ pensjoni tas-superstiti u tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2018 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
WI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 341, 24.9.2018.
Full & Egal Universal Law Academy