9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Aldi vs EUIPO — Crone (CRONE)
(Kawża T-385/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CRONE - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti crane u trade mark verbali preċedenti CRANE - Raġuni relattiva għal rifjut - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001”)
(2019/C 305/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christoph Michael Crone (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. van Maele u H.-Y. Cho, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1100/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi u M. Crone.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 13.8.2018.