5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Innocenti vs EUIPO — Gemelli (Innocenti)
(Kawża T-392/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Innocenti - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti INNOCENTI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 263/53)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Innocenti SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Ferretti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Filippo Gemelli (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment C. Renna, sussegwentement F. Canu, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2018 (Każ R 2336/2010-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn F. Gemelli u Innocenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Innocenti SA hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn F. Gemelli.
(1) ĠU C 285, 13.8.2018.