30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — Hugo’s Hotel vs EUIPO — H’ugo’s (HUGO’S BURGER Bar)
(Kawża T-397/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HUGO’S BURGER Bar - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti H’ugo’s - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 328/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hugo’s Hotel Ltd (St Julians, Malta) (rappreżentant: R. Sladden, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u J. Ivanauskas aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: H’ugo’s GmbH (München, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2018 (Każ R 1879/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn H’ugo’s u Hugo’s Hotel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hugo’s Hotel Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 27.8.2018.