25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2019 – TrekStor vs EUIPO (Theatre)
(Kawża T-399/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Theatre - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 399/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, M. Alber u N. Willich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2018 (Każ R 2238/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Theatre bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TrekStor Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 20.8.2018.
Full & Egal Universal Law Academy