24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — WP vs EUIPO
(Kawża T-407/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Ugwaljanza fit-trattament - Regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors”)
(2019/C 213/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: WP (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Tóth, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad li l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti jiġġedded għat-tieni darba.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
WP hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 319, 10.9.2018.