9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — vs EUIPO — Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon”
(Kawża T-412/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ nullità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea u - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mobile - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/100”)
(2019/C 305/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: GmbH (Dreilinden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: M. Yordanova-Harizanova u V. Grigorova, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2018 (Każ R 111/2015-1), dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” u .
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
GmbH, għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon”.
(1) ĠU C 294, 20.8.2018.