15.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 — Sintokogio vs EUIPO (ProAssist)
(Kawża T-439/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali ProAssist - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001 - Ugwaljanza fit-trattament)
(2019/C 238/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sintokogio Ltd (Nagoya, il-Ġappun) (rappreżentanti: inizjalment V. Dalichau, S. Kirschstein-Freund, u B. Breitinger, avukati, sussegwentement S. Kirschstein-Freund u B. Breitinger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2341/2017-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali ProAssist.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sintokogio Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 328, 17.9.2018.