15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Lotte vs EUIPO — Générale Biscuit-Glico France (PEPERO original)
(Kawża T-459/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PEPERO original - Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti - Forma ta’ gallettina parzjalment miksija biċ-ċikkulata - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Trade mark preċedenti kkostitwita mill-forma tal-prodott - Użu bħala trade mark - Assenza ta’ bdil tal-karattru distintiv”)
(2019/C 139/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lotte Corp. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: G. Ringeisen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Générale Biscuit-Glico France (Clamart, Franza) (rappreżentant: A. Lecomte, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2018 (Każ R 913/2017-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Générale Biscuit-Glico France u Lotte.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lotte Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 364, 8.10.2018
Full & Egal Universal Law Academy