25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2019 – Grupo Bimbo vs EUIPO – Rubio Snacks (Tia Rosa)
(Kawża T-464/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Tia Rosa - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti TIA ROSA - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 399/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rubio Snacks, SL (Bullas, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros u J. Oria Sousa-Montes, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2739/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rubio Snacks u Grupo Bimbo.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grupo Bimbo, SAB de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 328, 17.9.2018.
Full & Egal Universal Law Academy