8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — Eurolamp vs EUIPO (EUROLAMP pioneers in new technology)
(Kawża T-465/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali EUROLAMP pioneers in new technology - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 230/54)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Eurolamp AVEE Eisagogis kai Emporias Lamptiron (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Argyriadis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Markakis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2018 (Każ R 1358/2017-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EUROLAMP pioneers in new technology bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Eurolamp AVEE Eisagogis kai Emporias Lamptiron hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 341, 24.9.2018.
Full & Egal Universal Law Academy