9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Audimas vs EUIPO — Audi (AUDIMAS)
(Kawża T-467/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva AUDIMAS - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti AUDI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 305/64)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Audimas AB (Kaunas, il-Litwanja) (rappreżentant: G. Domkutė-Lukauskienė, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2425/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Audi u Audimas.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Audimas AB hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 341, 24.9.2018.