8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Battelle Memorial Institute vs EUIPO (HEATCOAT)
(Kawża T-469/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HEATCOAT - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)
(2019/C 230/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Battelle Memorial Institute (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Mejju 2018 (Każ R 36/2018-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HEATCOAT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Battelle Memorial Institute huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 341, 24.9.2018.
Full & Egal Universal Law Academy