25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2019 – Pharmadom vs EUIPO – IRF (MediWell)
(Kawża T-502/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MediWell - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti WELL AND WELL u figurattiva preċedenti well & well LES PHARMACIENS - Raġuni relattiva għal rifjut - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2019/C 399/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franża) (rappreżentant: M.-P. Dauquaire, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: IRF s. r. o. (Bratislava, is-Slovakkja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 6/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pharmadom u IRF.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pharmadom hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 373, 15.10.2018.
Full & Egal Universal Law Academy