25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2019 – XI vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-528/18) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Ċaħda tat-talba - Risposta għall-ilment li fiha informazzjoni ta’ natura medika - Sigriet mediku - Talba għat-tħassir ta’ din l-informazzjoni - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-proċessar ta’ dejta personali - Dritt ta’ rispett għall-ħajja privata - Responsabbiltà)
(2019/C 399/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: XI (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2018 (Każ R/56/18), li tiċħad it-talba tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tagħha, ibbażata fuq l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament subiet.
Dispożittiv
1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil XI is-somma ta’ EUR 2 500.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 408, 12.11.2018.
Full & Egal Universal Law Academy