25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2019 – Aroma Essence vs EUIPO – Refan Bulgaria (Sponża tal-Ħasil)
(Kawża T-532/18) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta sponża tal-ħasil - Disinni preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Eżami ex officio mill-Bord tal-Appell ta’ fatti li jikkostitwixxu żvelar - Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti”)
(2019/C 399/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aroma Essence Ltd (Kazanlak, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Nastev, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Refan Bulgaria OOD (Trud, il-Bulgarija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Lulju 2018 (Każ R 1197/2017-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aroma Essence u Refan Bulgaria.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aroma Essence Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 392, 29.10.2018.
Full & Egal Universal Law Academy