25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/54
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 - YL vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T–545/18) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2017 - Deċiżjoni li ma jiġix promoss ir-rikorrent għall-grad AD 7 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017 - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 9(3) tal-Anness IX tar-Regoli tal-Persunal - Użu ħażin ta’ poter - Sanzjoni dixxiplinari)
(2019/C 399/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: YL (rappreżentanti: P. Yon u B. de Lapasse, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Radu Bouyon u R Striani, sussegwentement R. Radu Bouyon u B. Mongin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lill-persunal ta’ din l-istituzzjoni fit-13 ta’ Novembru 2017, li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 7 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2017, it-tieni nett, għall-promozzjoni tar-rikorrent fil-grad AD 7 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017 u, it-tielet nett, għall-għoti ta’ kumpens għad-dannu li allegatament sostna r-rikorrent:
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
YL huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 427, 26.11.2018.
Full & Egal Universal Law Academy