26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2019 — W. Kordes’ Söhne Rosenschulen vs EUIPO (Kordes’ Rose Monique)
(Kawża T-569/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Kordes’ Rose Monique - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tikkonsisti f’denominazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti - Elementi essenzjali - Artikolu 7(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(m) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 288/66)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: W. Kordes’ Söhne Rosenschulen GmbH & Co KG (Klein Offenseth-Sparrieshoop, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 1929/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Kordes’ Rose Monique bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 1929/2017-1) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn W. Kordes’ Söhne Rosenschulen GmbH & Co. KG matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 436, 3.12.2018.