2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Wewi Mobile vs EUIPO (Fi Network)
(Kawża T-601/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Fi Network - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 295/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Wewi Mobile, SL (Villena, Spanja) (rappreżentanti: J. C. Erdozain López, L. Montoya Terán u J. Galán López, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 (Każ R 1462/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Fi Network bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Wewi Mobile, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 472, 26.11.2018.