8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ karozza f’bużżieqa tal-komiks)
(Kawża T-629/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta karozza f’bużżieqa tal-komiks - Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Restrizzjoni tal-lista tal-prodotti jew tas-servizzi koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Artikolu 27(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 - Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq talba għal restrizzjoni”)
(2019/C 230/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GmbH (Dreilinden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 2653/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta karozza f’bużżieqa tal-komiks bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 2653/2017-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 445, 10.12.2018.