25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/54
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2019 – Rose Gesellschaft vs EUIPO – Iviton (TON JONES)
(Kawża T-633/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TON JONES - Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali Jones - Prova tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 18(1) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)
(2019/C 399/66)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rose Gesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Iviton s. r. o. (Prešov, is-Slovakkja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 (Każ R 2136/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Magda Rose GmbH & Co. KG u Iviton.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rose Gesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 455, 17.12.2018.
Full & Egal Universal Law Academy