25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/56
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – Società agricola Giusti Dal Col vs EUIPO DMC (GIUSTI WINE)
(Kawża T-678/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għall-protezzjoni tat-trade mark internazzjonali verbali GIUSTI WINE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti DeGIUSTI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 399/68)
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Società agricola Giusti Dal Col Srl (Nervesa della Battaglia, l-Italja) (rappreżentanti: M. Pizzigati u A. Mayr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DMC Srl (San Vendemiano, l-Italja) (rappreżentanti: B. Osti et C. Spagnolo, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2018 (Każ R 1154/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DMC u Società agricola Giusti Dal Col.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Società Agricola Giusti Dal Col Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 25, 21.1.2019.
Full & Egal Universal Law Academy